Internazzjonali

Ukrajna: Poroshenko elett President ġdid b’maġġoranza ta’ 55%

L-elezzjoni presidenzjali tal-bieraħ fl-Ukrajna kienet suċċess kbir għan-negozjant magħruf Petro Poroshenko, li fl-ewwel għadd tal-voti rebaħ kważi 55% tal-voti. Yulia Tymoshenko ġiet it-tieni, iżda ġabet biss 13%. Hekk kif kienet ċara r-rebħa tiegħu, Porshenko għamilha ċara li l-prijorità tiegħu kienet se tkun il-paċi fl-Ukrajna u l-integrazzjoni tal-pajjiz mal-Ewropa.

Hu qal ukoll li l-ewwel vjaġġ tiegħu se jkun fil-lvant tal-Ukrajna, fejn il-ġlied għadu għaddej tant li fi tmiem il-ġimgħa sewa l-ħajja ta’ ġurnalist Taljan u l-interpretu Russu tiegħu. Min-naħa tagħha, ir-Russja qalet li hi miftuħa għal djalogu mal-President ġdid Ukren, iżda l-ewwel trid tieqaf l-offensiva militari kontra s-separatisti Russi fil-lvant tal-Ukrajna.