Internazzjonali Knisja

Il-Papa se jiltaqa’ ma’ vittmi ta’ abbuż sesswali

Fi tmiem iż-żjara fl-Art Imqaddsa, il-Papa Franġisku ħabbar li x-xahar id-dieħel se jkun qed jiltaqa’ ma’ grupp ta’ persuni vittmi ta’ abbuż sesswali.

Il-Papa Frangisku qabbel l-att kriminali ta’ abbuż sesswali ma’ quddiesa satanika u sostna wkoll li mhux se jittollera abbuż fuq tfal min-naħa ta’ membri tal-Knisja Kattolika. Il-Papa Franġisku sostna li qassis li jwettaq dan l-att kriminali jkun qed jitradixxi l-Ġisem ta’ Ġesù Kristu.