Għall-ħabta tat-8.15am tal-lum karozza tal-linja tal-Malta Transport Services Limited, il-kumpanija li waqqaf il-Gvern minflok l-Arriva, żviluppat xi nirien. Il-każ seħħ fit-triq viċin Il-Mall fil-Furjana, ftit ‘il bogħod mill-Knisja ta’ Sarria, waqt li x-xarabank kienet qed tinsaq fid-direzzjoni tal-Belt.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Jidher li n-nar żviluppa fuq wara tal-karozza tal-linja, qrib il-magna, u kien ikkontrollat fi ftit ħin. Mhux magħruf jekk xħin seħħ l-inċident kienx hemm passiġġieri fil-karozza tal-linja.
//= $special ?>