Hekk kif il-proċess tal-għadd tal-voti għaddej fl-aqwa tiegħu bil-ħidma tiffoka biex ikun magħruf liema partit se jirbaħ is-sitt siġġu fil-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil żar is-Sala tal-Għadd tal-Voti, akkumpanjat miż-żewġ Viċi Kapijiet Beppe Fenech Adami u Mario de Marco.
F’kummenti lill-ġurnalisti, Simon Busuttil fakkar li l-proċess għadu ‘l bogħod biex inkunu nafu jekk il-PN hux se jeleġġi t-tielet siggu fil-Parlament Ewropew. Waqt li wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Kap tal-PN fakkar li t-tmexxija tal-Partit daħlet għal proġett ta’ ħames snin u kien diffiċli ferm li jingħalaq id-distakk fil-voti wara sena waħda biss.
Simon Busuttil qal li l-Amministrazzjoni tal-PN mhux se tibża’ quddiem dan ir-riżultat u appella lill-dawk li jħobbu lill-PN biex ikomplu jaħdmu bil-qalb għall-Partit.
//= $special ?>