Lokali

28 pellegrin fi Spanja ingħaqdu biex jiġbru fondi għal Hospice Malta u FAA

Grupp ta’ 28 pellegrin, ingħaqdu flimkien, bil’ għan li jinġabru fondi għal Hospice Malta u Flimkien għal ambjent aħjar.

Ilbieraħ il-grupp ta’ pelligrini, imexxi minn Mario Scerri waslu f’Palais de Rei. It-28 pellegrin flimkien qed jimxu 120km. Dan il-grupp ta’ pellegrini issieħeb flimkien ftit tax-xhur ilu.

Il-mixja bdiet mill-belt ta’ Sarria u tibqa sejra sal-belt ta’ Santiago. Din mhux ha tkun faċli għall-pellegrini, hekk kif waqt il-mixja huma jridu jaffaċjaw kesħa, sħana, kif ukoll xita.

Il-pelleġrini huma mistennija jaslu lura Malta, nhar is-Sibt 31 ta’ Mejju għall-ħabta tas-satejn ta’ wara nofsinhar.