Fi stennija għar-riżultat uffiċjali, il-Partit Nazzjonalista jidher li rebaħ it-tielet siġġu wara taqtiegħa sal-aħħar nifs bejn il-kandidati Therese Comodini Cachia (PN) u Clint Camilleri (PL). Wara proċess ta’ aktar minn 60 siegħa f’għadd tal-voti, is-sitwazzjoni fis-Sala tal-Għadd tal-Voti waslet għal finali bejn iż-żewġ kandidati wara li Francis Zammit Dimech (PN) u Joseph Cuschieri (PL) ġew eliminati.
B’Camilleri jilħaq l-ammont ta’ 23,273 vot u Comodini Cachia b’29,481, il-kandidat Laburista kien jonqsu biss ftit aktar minn 6,200 vot biex jieħu postu fil-Parlament Ewropew. Madankollu, meta fit-28 għadd infetħu l-voti ta’ Joseph Cuschieri, dan ma seħħx. B’hekk Therese Comodini Cachia ġiet awtomatikament eletta bħala s-sitt MEP Maltija u r-raba’ mara minn sitta.
//= $special ?>