Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat iltaqa’ mat-tliet ewroparlamentari Laburisti Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi f’laqgħa li fiha enfażizza l-importanza tal-element femminili fost l-ewroparlmentari Maltin.
Meta introduċa lill-ewroparlamentari Laburisti lill-ġurnalisti, il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista hu sodisfatt bil-kwalitajiet differenti tat-tliet ewroparlamnetari għaliex Miriam Mizzi se tkun element ta’ kontinwazzjoni, Miriam Dalli se tkun element ġdid għall-politika u Alfred Sant hu eks Prim Ministru li għandu esperjenza.
Joseph Muscat qal li l-fatt li żewġ terzi tal-ewroparlamentari Maltin huma nisa juri bidla li qed iseħħ fis-soċjeta Maltija.
Hu sostna li l-vot fl-Ewropa juri li l-popli jridu bidla fid-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea, biex din tkun eqreb lejn in-nies u ma tattwax politika ta’ awtserita.
Il-popli Ewropej esprimew ukoll pożizzjoni dwar il-problema tal-immigrazzjoni rregolari, sostna l-Mexxej Laburista, li kompla li hu pozittiv li l-Partit Laburista kien qrib li jeleġġi ewroparlamentari minn Għawdex.
//= $special ?>