Il-linja tal-ajru Lufthansa organizzat l-akbar Caipirinha party fid-dinja. Il-party bbażat fuq l-aktar cocktail popolari fil-Brażil sar fuq it-titjira LH500 minn Frankfurt għal Rio fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda.
Il-party matul it-titjira beda għall-ħabta tal-10.15 p.m., meta fit-titjira kien hemm aktar minn 350 passiġġier abbord. Servuti minn 14-il assistent tat-titjira, il-passiġġieri setgħu jgawdu mill-cocktails nazzjonali Brażiljan, magħmula mit-taħlita alkoħolika Cachaça, lime, juice, zokkor u silġ.
L-ekwipaġġ ta’ Lufthansa servew dawn ix-xarbiet alkoħoliċi mill-karrijiet li ssoltu jisserva l-ikel minn fuqu u li għall-okkażjoni ddawwru f’mobile bars imżejna bil-bandiera tal-Brażil.
Il-passiġġieri abbord din it-titjira kellhom ukoll divertiment miż-żeffiena tas-samba Paula Souse, kif ukoll informazzjoni dwar il-Brażil mill-personalita` Sergio Neves. Preżenti wkoll fit-titjira kien hemm ukoll Klaus-Heidi, personalita` magħrufa fuq is-social media.
Il-passiġġieri abbord it-titjira tal-Lufthansa setgħu jgħixu wkoll l-esperjenza Brażiljana b’mużika samba u boss nova. Ingħataw ukoll merchandise tal-linja tal-ajru, fosthom beritta, CD mużika, filwaqt li setgħu jgawdu minn internet ipprovdut minn FlyNet waqt it-titjira.
Ftit qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja, il-linja tal-ajru Lufthansa qed iniedi wkoll il-“Fanhansa” abbord uħud mill-ajruplani tal-kumpanija li jmorru lejn il-Brażil. Min-naħa l-oħra, l-idea ta’ Caipirinha parties tista’ tinstab ukoll f’żoni Business Class u First Class ta’ ajruplani li mhumiex Boeing 747-8, dejjem fi triqthom lejn Rio.
Fl-istess waqt, qed jiġu offruti wkoll ikel u xorb tradizzjonali Brażiljan waqt titjiriet domestiċi fil-Ġermanja stess, waqt dik li qed tissejjaħ “Blue Hour” kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija.
//= $special ?>