Internazzjonali

“Save our Serbia” b’risq il-vittmi tal-għarar

Il-Maltese-Serbian Association u SOS Malta nidew fond biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista’ joffri d-donazzjonijiet tiegħu b’risq il-popolazzjoni Serbia milquta minn għarar fil-pajjiż li ħallew eluf bla saqaf fuq rashom, bla ikel, ilma u ħwejjeġ. Iktar minn 31,000 persuna ġew evakwati fl-aħħar jiem.

L-għarar ħasdu l-ħajja ta’ 27 persuna, madwar 500 persuna nieqsa u mal-mitt elf dar bla elettriku. Dan minbarra li toroq prinċipali, bridges u toroq oħra jinsabu mgħarrqa. Għal mill-inqas xahar se tinżamm magħluqa wkoll ir-rotta tat-tren bejn is-Serbja u l-Montenegro.

L-ammont kbir ta’ ilma wassal biex inqerdu l-prodotti agrikoli u l-annimali u ħalla wkoll diżastru filwaqt li hemm ir-riskju li tinfirex xi epidemija. Dan minbarra li ħafna qed jingħataw rifuġju f’postijiet mhux siguri u bla sanita’ jew privatezza.

Min jixtieq jgħin itaffi dawn id-diffikultajiet jista’ jikkontribwixxi b’risq il-fond tal-Maltese-Serbian Community billi jagħti d-donazzjoni tiegħu:

Isem tal-Kont: SERBIAN-MALTESE COMMUNITY
Numru tal-Kont: 40019883579
IBAN: MT58VALL22013000000040019883579 Bank’s BOV Bank
SWIFT (BIC): VALLMTMT
REFERENCE: FLOOD