Lokali

Sospiż wara mġieba ndiċenti minn impjegat tal-Isptar Monte Karmeli

L-isptar Monte Karmeli

Impjegat tal-Isptar Monte Karmeli ġie sospiż wara allegat każ ta’ mġieba ndiċenti minnu fil-konfront ta’ pazjenta minorenni. Wara li l-informazzjoni ġiet mgħoddija lill-management tal-isptar immedjatament ittieħdu l-passi neċessarji, inkluż dawk dixxiplinarji.

B’dan il-każ ġie nfurmat ukoll il-Kummissarju għall-promozzjoni ta’ drittijiet ta’ persuni li jkollhom mard mentali filwaqt li l-pulizija fethet investigazzjoni dwar dan il-kaz.