Nhar is-Sibt li ġej 31 ta’ Mejju, iż-żona ta’ Sa Maison f’Tal-Pieta’ se tinbidel f’post ta’ spettaklu ta’ logħob tan-nar sinkoronizzat ma’ mużika live minn band immexxija mis-surmast ta’ Rockestra, Maestro Sigmund Mifsud.
Dettalji dwar din l-attivita’ inghataw mis-Sindku ta’ Tal-Pieta Keith Tanti u mis-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo.
L-ispettaklu ta’ logħob tan-nar sinkronizzat se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Malta għall-fatt li l-band li se tieħu sehem se ddoqq live.
Flimkien ma’ dan se jkun hemm kunċert bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti Maltin u l-waterfall tan-nar li mistennija tkun attrazzjoni oħra unika għal din l-attivita’.
L-attivita se ssir b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali ta’ Tal-Pieta u l-Kummissjoni festa tal-Madonna ta’ Fatima.
Is-Segretajru Parlamentari Stefan Buontempo tkellem dwar l-importanza ta’ attivitajiet bħal dawn li jkomplu jkabbru l-karattru u l-identita’ tal-lokalitajiet. Hu qal li attivitajiet bħal dawn ikabbru wkoll il-kollaborazzjoni bejn i-Kunsilli Lokali u l-għaqdiet tal-lokal, f’dan il-każ il-Kummissjoni Festa Madonna ta’ Fatima.
//= $special ?>

