Żewġ immigranti rregolari, s-Somalu Omar Osman u s-Sudaniż Anwar Otman Hasan ingħataw kumpens ta’ €5,000 kull wieħed wara li l-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li d-drittijiet fundamentali tagħhom kienu mittiefsa hekk kif għamlu sentejn u nofs ħabs aktar milli suppost.
F’Novembru tal-2012, Osman u Hasan kienu nstabu ħatjin li kienu involuti fi stupru bejn grupp ta’ immigrant fil-konfront ta’ mara Maltija. Huma kienu ngħataw piena ta’ erba’ snin ħabs, iżda ħarġu mill-Qorti lliberati għax kienu qattgħu ferm aktar żmien arrestati.
Fil-fatt, huma kienu spiċċaw arrestati fl-2007 meta l-mara kienet allegat li ġiet stuprata minn erbat irġiel fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa fis-sigħat bikrin tad-19 ta’ Marzu. Osman kien saħaq kemm-il darba li kien innoċenti. L-avukati f’dan il-każ kienu Roberto Montalto li deher għas-Somalu filwaqt li l-Avukat Kris Scicluna deher għas-Sudaniż.
//= $special ?>