Ekonomija Kummerċ Lokali

Il-Gvern iħabbar ħruġ tal-istocks tal-Gvern

– b’rata ta’ imgħax fissa

Fi stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, l-Accountant Ġeneral avża li l-prezz tal-iStock b’rata ta’ imgħax fissa li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku u ġie stabbilit bir-rata ta’ 4.3% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2033 (I) bi prezz ta’ €100.75 b’YTM ta’ 4.242%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal  4.287%.

L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn it-2 ta’ Ġunju, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:

(a)fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-4 ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u

(b)f’nofsinhar tat-Tnejn id-9 ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Fil-każ tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt (6) xhur + 90 basis points (bps), it-Teżor jikkomunika r-rata ta’ mgħax tal-bidu (intial interest rate) nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ġunju, 2014.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor, www.treasury.gov.mt