Żagħażugħ li llum għandu 23 sena u li tmin snin ilu kien arrestat fuq serq ta’ pedestall antik tal-injam mill-Knisja ta’ Maria Annunzjata f’Ħal Tarxien u tmien gandlieri mill-Knisja ta’ San Duminku fil-Belt Valletta ġie lliberat minn kull akkuża.
Dan wara li l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit rat li filwaqt li l-oġġertti nsterqu meta l-akkużat kellu bejn 13 u 16-il sena, min-naħa l-oœra ġie akkużat biss meta kellu 21 sena u għalhekk l-akkużi ġew preskritti.
Fis-smigħ tal-kawża ssemma li dawn l-oġġetti misruqin kienu spiċċaw irreklamati fuq is-sit Maltapark u ntgħarfu minħabba dettalji partikolari li kellhom. Madankollu, dawn l-affarijiet kienu nsterqu minħabba l-fatt li kienu tpoġġew fi kmamar u ħadd ma kien jagħti daqstant kas tagħhom.
Sadanittant l-akkużat kien qal li hu dilettant tal-qniepen u fil-fatt kien idoqq il-qniepen tal-Knisja ta’ Ħal Tarxien. Filwaqt li kkonferma li kien hu li ħa l-pedestall meta kellu 12 jew 13-il sena, hu qal li dan il-pedestall kien mormi f’kamra maġenb l-orgni u għalhekk iddeċieda li jieħdu biex jirrestawrah. Fir-rigward tal-gandlieri, l-akkużat ukoll ikkonferma li ħadhom hu u li kienu fi stat ħażin.
Għalhekk, peress li l-akkużat stess ammetta li kien ħa dawn l-oġġetti tqajjem il-punt li din kienet ammissjoni. Madankollu, l-avukat difensur Roberto Montalto argumenta li ma ġiex ipprovat l-valur tal-oġġetti li nsterqu u dan minkejja li espert fil-qasam ta x-xhieda tiegħu u seta’ ġie mistoqsi.
Barra minn hekk, semma li l-akkużat kien taħt l-eta’ meta wettaq ir-reat u għalhekk qatt ma seta’ jkun impjegat ma’ ħadd. Semma wkoll li dawn ir-reati ma jistgħux jissejħu bœala serq minn knisja, peress li l-post minn fejn ittieħdu mhuwiex direttament parti mill-Knisja. Għalhekk sostna li r-reati huma ta’ serq sempliċi u l-preskrizzjoni tagħhom hi ta’ sentejn.
//= $special ?>