Internazzjonali

Jippermettu għal żieda fit-trabi

IĊ-ĊINA

L-awtoritajiet komunisti fiċ-Ċina qed jagħmlu l-arranġamenti biex il-poplu jipproduċi maż-żewġ miljun trabi ‘addizzjonali’ fis-sena. Din iċ-ċifra qed tibbaża fuq il-kalkoli, u  meta l-awtoritajiet beħsiebhom inaqqsu l-impożizzjoni riġida ta’ politika li tesiġi għal ‘tfajjel wieħed biss’, ħalli l-koppji Ċiniżi jingħataw l-opportunita biex irabbu żewġt itfal.

Uffiċjali mal-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa u l-Ippjanar tal-Familji, qalu li l-awtoritajiet talbu lill-uffiċjali lokali biex jibnu aktar faċilitajiet għall-kura tas-saħħa b’risq in-nisa u t-tfal – u minbarra li ‘jżidu t-taqsimiet tal-maternita’.

L-iżviluppi segwew il-wiegħda tal-Partit Komunista fil-Gvern, li, f’Novembru, qal li kellu jippermetti biex il-familji Ċiniżi jrabbu t-tieni tarbija fil-każi fejn xi ħadd mill-ġenituri ikun trabba mingħajr aħwa. Qabel dan, l-eżenzjoni kienet tapplika biss għall-familji fejn il-missier u l-omm kienu t-tnejn ‘il-frott uniku tal-ġenituri rispettivi’.