L-eks Kap tal-Militar Eġizzjan Abdul Fattah al-Sisi (ritratt) rebaħ b’maġġoranza qawwija ħafna l-elezzjoni Presidenzjali fl-Eġittu.
L-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat qed juru li al-Sisi ġab 96% tal-voti. Madanakollu, jidher li t-turn-out se tkun ta’ 45%, meqjus kemmxejn baxx mill-awtoritajiet Eġizzjani minkejja l-kampanja sħiħa li saret biex il-poplu kollu joħroġ jivvota.
F’Lulju 2013, al-Sisi kien irnexxielu jneħħi mill-poter lill-President Mohammed Morsi wara protesti kbar madwar il-pajjiż.
//= $special ?>