TENNIS – OPEN TA’ FRANZA
Iċ-champion renjanti Rafael Nadal u David Ferrer ibbukkjaw post fit-tielet rawnd tal-Open ta’ Franza meta għelbu lil Dominic Thiem u lil Simone Bolelli rispettivament. Nadal ma sabhiex diffiċli biex rebaħ kontra t-tennista Awstrijakk li għad għandu 20 sena bi skor ta’ 6-2, 6-2, 6-3 u issa jmissu jilgħab kontra Leonardo Mayer jew kontra Teymuraz Gabashvili. Nadal qed jipprova jirbaħ din il-kompetizzjoni għad-disa’ darba fil-karriera tiegħu.
Min naħa tiegħu Ferrer, li hu wkoll Spanjol wkoll dam ftit biex rebaħ kontra t-Taljan Bolelli bi skor ta’ 6-2, 6-3, 6-2. Ferrer, li sena ilu spiċċa runner-up ħa 108 minuti biex għeleb lill-avversarju tiegħu. Fir-rawnd li jmiss issa Ferrer jilgħab kontra l-Arġentin Juan Monaco jew it-Taljan Andreas Seppi. Jekk jirbaħ kontra wieħed minn dawn u Nadal jirbaħ il-konfront tiegħu kontra Mayer jew Gabashvili dawn iż-żewġ tennisti Spanjoli jiltaqgħu kontra xulxin fil-kwarti tal-finali.
Il-Brittanniku Andy Murray għadda għatitlet rawnd meta kiseb rebħa faċli ta’ 6-3, 6-1, 6-3 kontra l-Awstraljan Marinko Matosevic. Iċ-champion ta’ Wimdledon ħa sagħtejn biex għeleb lil Matosevic u issa fir-rawnd li jmiss jilgħab kontra n-numru 28 fid-dinja Philipp Kohlschreiber.
Il-Kroat Ivo Karlovic, nurmu 16 fid-dinja għadda għat-tielet rawnd meta għeleb lil Andreas Haider-Maurer 7-5, 6-3, 6-4. Kevin Anderson tal-Afrika t’Isfel rebaħ 6-2, 6-3, 6-2 kontra Axel Michon ta’ Franza. L-Amerikan Donald Young rebaħ bi skor ta’ 6-3, 7-6, 6-3 kontra l-Ispanjol Feliciano Lopez.
//= $special ?>