GIRO D’ITALIA
Il-Kolombjan Julian Arrendondo ta’ Team Trek rebaħ it-18-il tappa tal-Giro d’Italia, tappa twila 171 km li bdiet f’Belluno u intemmet f’Panarotta. Mill-bidu tat-tappa Arrendondo bena vantaġġ tajjeb u hekk if kien fadal madwar erba’ kilometru għat-tmiem Arrendondo żied vil-veloċita` u rebaħ hekk kif spiċċa quddiem il-Kolombjan Fabio Duarte u l-Irlandiż Philip Deignan li daħlu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
F’dik li hi klassifika ġenerali Nairo Quintana baqa` jokkupa l-ewwel post u għandu vantaġġ ta’ minuta u 41 sekonda fuq Rigoberto Uran Uran li wkoll hu Kolombjan. Fit-tielet post hemm Pierre Rolland .
Kif spiċċaw:
1.Julian Arredondo
2.Fabio Duarte
3.Philip Deignan
4.Franco Pellizotti
5.Edoardo Zardini
Kif Jinsabu:
1.Nairo Alexander Quintana Rojas
2.Rigoberto Uran Uran
3.Pierre Rolland
4.Fabio Aru
5.Rafal Majka