Il-kumpanija MaltaPost ħabbret li se toħroġ il-bolla mis-sett “10th Anniversary Accession of the European Union“. Din il-bolla se tkun akkumpanjata minn tikketta personalizzata bil-logo tal-MaltaPost.
Il-bolla se tkun għall-bejgħ minn għada u min jixtieq jordna din il-bolla, jista’ jżur is-sit elettroniku www.maltaphilately.com, inkella billi jibgħat lill-Philatelic Bureau MaltaPost plc, 305, Triq Ħal Qormi, il-Marsa MTP1001, billi jċempel 25961740, jew b’email lil info@maltaphilately.com.
Għotja ta’ ġugarelli mill-impjegati tal-MaltaPost lil tfal fl-Isptar Mater Dei
Sadanittant, numru ta’ impjegati tal-MaltaPost ippreżentaw numru ta’ ġugarelli lil tfal li qed jirċievu l-kura fl-Isptar Mater Dei. Il-ġugarelli tpoġġew fil-kmamar tal-logħob li hemm fis-swali tal-Pedjatrija u tal-Out-Patients tat-tfal.
L-attività bl-għoti tar-rigali, li ġew ippreżentati mill-Kap tas-Sezzjoni tal-Marketing tal-MaltaPost Yolande Spiteri, saret bħala parti mill-Programm tar-Responsabbiltà Soċjali tal-kumpanija.
Waqt l-attività, Spiteri qalet li l-kumpanija tħossha fid-dover li tgħin lil dawk li huma anqas ixxurtjati, b’mod partikolari lit-tfal. Min-naħa tiegħu, il-Kordinatur tas-Servizzi Volontarji fl-Isptar Mater Dei David Pisani esprima l-apprezzament tiegħu għal din id-donazzjoni. Qal li donazzjoni bħal din żgur li se tniżżel tbissima fuq l-uċuħ tat-tfal fl-Isptar.
//= $special ?>