Sa mit-twaqqif tiegħu fl-1988, il-Malta Freeport stabilixxa ruħu bħala ċentru għat-trasbord marittimu fil-Mediterran. Waqt żjara li għamel fil-Port Ħieles, is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku José Herrera ltaqa’ ma’ wħud mill-ħaddiema u kellu l-opportunità wkoll isegwi l-ħidma li ssir fil-Malta Freeport Terminal.
Akkumpanjat mill-konsulent tiegħu Silvio Schembri u mill-Kap tal-Komunikazzjoni fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari Charlon Gouder, Herrera rrefera għal dak li ddeskriva bħala “servizz ta’ eċċellenza” mogħti mill-ħaddiema tal-Freeport. Hu tkellem dwar it-tfassil ta’ politika marittima li tenfasizza r-rwol prinċipali ta’ Malta bħala hub strateġiku marittimu.
Fl-aħħar sena, il-Freeport investa madwar €15 miljun, fosthom biex issir estensjoni tat-terminal li se tippermetti lill-Freeport jespandi l-ħidma tiegħu.
//= $special ?>