Lokali

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2014

Il‐kanzunetti tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2014 għandhom jiġu sottomessi bejn id‐09:00 u s‐19:00 ta’ nhar it-Tnejn u T-Tlieta, 2 u 3 ta’ Gunju 2014 fl-ufficji ta’ Meda.Link Communications.

Il‐konkors isir taħt l‐awspiċi tal‐Partit Nazzjonalista bhala parti mill-attivitajiet ta’ “50 Sena Nazzjon”.

Il‐Konkors huwa maqsum f’żewġ kategoriji: Kantanti Stabbiliti u Kantanti Ġodda.

Kantanti Stabbiliti huma dawk li ga hadu sehem fis serati finali tal-Konkorsi Nazzjonali: Kanzunetta Għal Ewropa, Kanzunetta Maltija, Konkors Kanzunetta Indipendenza, Għanja tal-Poplu u Junior Eurovision. Bl-eliminazzjoni Kantanti Ġodda huma dawk li qatt ma ħadu sehem fis-serati finali ta’ dawn il-Konkorsi.

Il-Kantanti jridu jkunu għalqu 16 il-sena sal-21 ta’ Settembru 2014.

L-Organizzaturi jħabbru wkoll li se jkunu qed jorganizzaw Konkors ieħor għat-tfal ta’ bejn it-8 u l-15-il sena bħal parti mill-Festi tal-Inidipendenza. Ir-regolamenti se jkunu ppublikati fil-ġranet li ġejjin.