Dalgħodu t-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt is-17-il sena mill-Valletta FC Youth Nursery mar Catania fejn se jieħu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Torneo Etna Sud.
Valletta jinsabu fi Grupp A, flimkien ma’ US Palermo, FIGC Catania u CC Belpassi waqt li fi Grupp B hemm Reggina Calcio, Calcio Catania, FC Honka u Ragusa Calcio.
Mal-wasla fi Sqallija, id-delegazzjoni Beltija kellha tiltaqa’ wkoll mal-kowċ Roberto Donadoni.
Il-logħob kollu se jkun live fuq is-sit www.torneoetnasud.it kif ukoll fuq Antenna Sicilia u numru ta’ stazzjonijiet tar-radju Sqallin.
//= $special ?>