Għawdex Knisja Lokali

Saċerdot ġdid fid-djoċesi ta’ Għawdex

Id-Djaknu Daniel Sultana, mill-parroċċa tax-Xagħra kien ordnat saċerdot ġdid mill-Monsinjur Isqof Mario Grech fil-knisja Katidrali ta’ Għawdex.

Mwieled f’Sydney, l-Awstralja, fil-5 ta’ Ottubru 1988 d-Djaknu Daniel Sultana beda l-formazzjoni tiegħu għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù f’Settembru tal-2007.

Bejn l-2010 u l-2011 huwa għamel is-sena ntermedjarja tiegħu fil-parroċċa ta’ St. Martin de Porres fl-arċidjoċesi ta’ Ottowa, fil-Kanada. Fis-26 ta’ Frar 2012 huwa rċieva l-ministeru tal-Lettorat u fid-9 ta’ Diċembru tal-istess sena rċieva l-Ministeru tal-Akkolitat. Kien ordnat djaknu mill-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech fit-22 ta’ Ġunju 2013.