Żewġ Libjani u Somalu ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li sofrew feriti kkawżati minn arma li taqta’ f’argument li nqala’ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq San Ġorġ f’Paceville. Is-Somalu, żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Santa Venera sofra feriti gravi. L-istess kundizzjoni għal-Libjan ta’ 20 sena residenti s-Swieqi, filwaqt li l-Libjan l-ieħor, li ghandu 30 sena u residenti San Ġwann, sofra biss feriti ħfief.
Dan hu l-aħħar minn sensiela ta’ inċidenti li seħħew f’Paceville f’temp ta’ ftit ġimgħat. Aktar kmieni dan ix-xahar, tliet żgħażagħ oħra kellhom bżonn kura medika wara ġlieda bejn numru ta’ barranin. F’dan il-każ, żagħżugħ ta’ 18-il sena kien sofra feriti ħfief, filwaqt li tnejn oħra, wieħed ta’ 19 u ieħor ta’ 20 sena, kellhom bżonn il-kura fl-Isptar wara li sofrew feriti gravi kkaġunati minn arma li taqta’ u bil-ponta.
Aktar kmieni fl-istess jum, raġel ta’ 48 sena wkoll kien sofra feriti gravi wara li qala’ daqqa ta’ tazza f’rasu f’każ separat, f’Paceville ukoll.
//= $special ?>