Lokali Qorti

14-il sena ħabs għal missier jinstab ħati li stupra lil bintu ta’ 8 snin

Wara tliet sighat u nofs ta’ deliberazzjoni missier ta’ 35 sena gie kundannat 14-il sena habs wara li nstab hati b’ 7 kontra 2, li stupra lil bintu li fi zmien li sehh il-kaz kellha 8 snin u li llum ghandha 16-il sena.

Huwa nstab hati li zammha kontra l-volonta’ taghha u li kkorrompiha. Hu nstab hati ukoll li gibed filmat tieghu waqt att sesswali ma’ mara filwaqt li kien qed izomm f’idejh tifla ta’ tliet snin. Il-guri nstema’ fil-maghluq quddiem l-Imhallef Michael Mallia.

Il-kaz ta’ stupru kien sehh fil-11 ta’ Ottubru, tal-2006. Dak iz-zmien il-Pulizija kienu rcevew rapport minghand omm li kienet qalet li bintha giet stuprata mill-missier.

F’diversi okkazjonijiet missierha kien jaghmel atti oxxeni fil-prezenza taghha u anke gieli kellu x’jaqsam maghha.

Ghall-akkuzat deher l-avukat Joe Brincat fejn flimkien mal-Prosekuzzjoni saret talba biex il-guri jinstema’ bil-maghluq minhabba n-natura tal-kaz liema talba giet milqugha mill-Qorti.