WATERPOLO – Tmien Ungeriżi, ħames Serbi, tliet plejers mill-Montenegro, żewġ Kroati, Amerikan, Spanjol, Taljan u Rumen se jkunu t-22 plejers barranin li din is-sena se jieħdu sehem fil-kampjonati lokali tal-Waterpolo.
Nhar it-Tlieta 3 ta’ Ġunju se jiftaħ l-istaġun tal-Waterpolo tas-sajf fejn kif ilu jsir għal dawn l-aħħar snin se jkunu l-partiti għat-Tazza tal-President u dik għat-Tazza tal-Għaqda Ġurnalisti Sport li se jagħtu bidu għal sajf ta’ Waterpolo.
L-ewwel logħba li tkun għat-taza tal-Għ.Ġ.S. Se tkun bejn Valletta McDonalds u M’Scala More waqt li fis-7.30 p.m. tintlagħab il-lgobħa għat-tazza tal-President bejn Neptunes Grimaldi u Sliema Frank Salt.
Intant l-ASA ippubblikat uffiċjalment il-lista tal-plejers lokali u internazzjonali u ċ-ċaqlieq li għamlu l-klabbs għal matul dan is-sajf.
Din hi l-lista ta’ plejers barranin li se jkollhom il-klabbs flimkien ma’ xi akkwisti ġodda li għamlu (uħud minnhom b’self) jew plejers li ġew trasferiti jew mislufa ma’ klabbs oħra.
EXILES
Barranin> Luka Sekulic (Montenegro), Gergo Katonas (Ungerija)
Akkwistaw> Benji Lanzon (Neptunes)
Neħħew> Andrew Zarb Cousing (Neptunes), Karl Rizzo Naudi (M’Scala)
Kowċ> Maurizio Mirarchi (Italja)
MARSASCALA
Barranin> Arpad Babay, Gergo Marnitz (Ungerija), Sergi Mora Belmonte (Spanja)
Akkwistaw> Stephen Micallef (Sirens), Matthew Pace, Clyde Bonello, Daniel Spiteri (San Ġiljan), Joseph Cremona (Sirens), Edward Meli (Sliema), Karl Rizzo Naudi (Exiles), Ramon Calleja (Valletta)
Neħħew> Brandon Muscat (Neptunes)
Kowċ> Pierre Borg
MARSASXLOKK
Barranin> Fulop Bence, Otto Frick (Ungerija)
Akkwistaw> Anthony Galea (Marsaxlokk), Alan Arrigo (Valletta), Paul Micallef (Sirens)
Kow> Ian Azzopardi
NEPTUNES
Barranin> Tamas Molnar, Peter Biros (Ungerija)
Akkwistaw> Jeremy Abela, Andrew Cachia (Sliema), Andrew Zarb Cousin (Exiles), Brandon Muscat Dougall (M’Scala)
Neħħew> Zach Mizzi (Sliema), Benji Lanzon (Exiles), Gabriel Pace (Sliema)
Kowċ> Sergei Markoch (Russja), Dorian Pisani
OTTERS
Barranin> Ivan Vuksanovic (Serbja), Andrei Edward (Rumanija)
Akkwistaw> George Attard, Adruian Cachia, John Paris, Andrew Cachia (Sliema)
Kowċ> Alfred Cachia
SAN ĠILJAN
Barranin> Aleksander Radovic (Montenegro), Zeljko Kovacic (Kroazja), Aleksander Nikolic (Serbja)
Akkwistaw> Jean Claude Cutajar (M’Scala), Dino Zammit (Sliema)
Neħħew> Matthew Pisani (Sliema), Christian Gialanze, Joseph Galea, Luke Ciantar (Ta’ Xbiex), Clyde Bonello (M’Scala)
Kowċ> Sergio Afric (Kroazja)
SIRENS
Barranin> Csaba Kiss (Ungerija), Christian Presciutti (Italja)
Akkwistaw> Zach Mizzi Gabriel Pace (Neptunes), Michele Agius, Edward Aquilina (Sliema),
Neħħew> Jurgen Borg (Sliema), Josepg Cremona (M’Scala), Paul Micallef (Marsaxlokk), Dino Zammit (San Ġiljan)
Kowċ> Bogdan Rath
SLIEMA
Barranin> Tim Hutten (USA), Antonio Petkovic (Kroazja)
Akkwistaw> Alexander Attard Litt, Jurgen Borg (Sliema), Keith Schembri (M’Scala), Timmy Sullivan, Andrew Magri (Exiles)
Neħħew> David Abela, Nicky Bonello Ghio, Michael Spiteri Staines (Valletta), Michele Agius (Sirens), Andrew Cachia (Otters)
Kowċ> Vince Balacz (Ungerija), Paul Privitera
TA’ XBIEX
Barranin> Milos Maksimovic (Serbja), Filip Tenzera (Montenegro)
Akkwistaw> Edward Gravina, Kyle Debattista (Neptunes), Joseph Galea, Luke Ciantar (San Ġiljan), Mauro Camilleri
Neħħew> Anthony Galea (Marsaxlokk)
Kowċ> Mario Zammit
VALLETTA
Barranin> Milos Korolija, Djordje Filipovic (Serbja)
Akkwistaw> Michael Cordina, Michael Rizzo, Daniel Paolella, Michael Spiteri Staines, David Abela, Nicky Bonello Ghio (Sliema)
Neħħew> Ramon Calleja (M’Scala), Alan Arrigo (Marsaxlokk)
Kowċ> Anthony Farrugia, Stephen Rizzi


