Ambjent Lokali Saħħa

March Against Monsanto – favur kuxjenza dwar dak li nieklu

L-ikel li qed nieklu huwa ġust? Huwa nadif? Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li nsaqsu lilna nfusna. Minn naħa l-oħra, forsi ftit huma konxji minn dak li verament qed nieklu.

Is-Sibt filgħodu grupp magħmul minn diversi NGOs, organizzazjoniet u individwi ngħaqdu flimkien fi Pjazza San Ġorg fil-Belt fl-attivita’ ‘March against Monsanto’. Attivita’ li ssegwi oħra simili il-ġimgħa li għaddiet f’aktar minn 50 pajjiż differenti.

Il-mixja ġiet fi tmiemha fi Pjazza La Vallette fejn tħabbret dikjarazzjoni li fiha il-Clean Food Movement li tgħaqqad flimkien 21 NGO u organizzazzjoni, qed tappella lill-Gvern sabiex jipprojbixxi il-kultivazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati fil-gżejjer Maltin. Matul is-snin diversi organizzazzjoniet multi nazzjonali fosthom dik ta’ Monsanto qed iddominaw f’dan is-settur, bir-riċerka turi li ikel ġenetikament modifikat jista’ jwassal għal mard serju fosthom il-marda tal-kanċer, l-infertitilta’ u mard fit-twelid.