Banif Bank firex l-operat tiegħu f’pajjiżna grazzi għall-ftuħ ta’ fergħa oħra ġdida fil-lokalita ta’ Raħal Ġdid.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna inawgura din il-fergħa ġdida lbieraħ filgħaxija fil-preżenza taċ-Chairman tal-Bank Michael Frendo u l-Kap Eżekuttiv Joaquim Silva Pinto u Martin Borg li se jkun qed imexxi din il-fergħa.
F’kelmtejn tal-okkażjoni il-Ministru qal li l-Gvern qed jkompli jqis is-settur bankarju lokali, bħala wieħed sod, li rnexxielu jżomm b’saħħtu fiż-żmien il-kriżi finanzjarja li ħakmet diversi kontinenti fis-snin li għaddew.
Fuq medda ta’ sitt snin kemm ilu f’pajjiżna il-Banif Bank issa għandu 12 il-fergħa mifruxa madwar Malta. Dan juri li l-Bank qed juri determinazzjoni sabiex ikabbar il-ħidma tiegħu u jikkompeti f’ dan il-qasam.
Huwa faħħar id-deċiżjoni ta’ dan il-Bank li jiftaħ fergħa f’Raħal Ġdid, u li speċifikament se tindirizza l-bżonnijiet ta’ investituri, negozji li jimpjegaw ftit nies u SMEs fin-nofsinhar ta’ Malta.
//= $special ?>