Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, fl-aħħar jiem inawgurat il-proġett artistiku bl-isem ‘Cube of Life’, proġett iffinznajt mill-premju tal-President għall-kreattivita’.
Dan il-proġett jiffoka fuq sitt drittijiet fundamentali tal-bniedem li l-istudenti tal-kulleġġ Maria Reġina, esprimew xi jfissru għalihom dawn id-drittijiet permezz ta’ Graffiti.
Il-Cube of Life kien inawgurat fil-Mosta u preżenti għall-attivita’ kien hemm is-Sindku tal-Lokal Shirley Farrugia kif wkoll il-Prinċipal tal-kulleġġ Maria Reġina u ovvjament l-istudenti involuti fil-proġett u l-Youth Worker li kien qed imexxihom tul dan il-proġett. Dan il-proġett sar ukoll b’kollaborazzjoni ma’ artist tal-Graffiti, James Micallef Grimaud.
Is-sitt drittijiet tal-bniedem imfissra mill-istudenti kienu d-dritt li l-bniedem ikollu post sigur fejn jgħix, id-dritt għall-edukazzjoni, id-dritt li ngħixu f’dinja ġusta u ħielsa, id-dritt ta’ mistrieħ u d-dritt għal-liberta’ tal-movument.
Drittijiet li xi kultant nassumu li kulħadd igawdi minnhom iżda permezz ta’ dawn il-Graffiti wieħed jirrealiżża li hawn min hu mċaħħad minnhom
//= $special ?>