L-ewroparlamentari David Casa se jkun il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħabbar dan waqt il-programm ‘Newsbook’ fuq Radju RTK.
Hu spjega li David Casa huwa l-aktar ewroparlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista li ilha fil-Parlament Ewropew, hekk kif din hija t-tielet elezzjoni li David Casa kkontesta b’suċċess.
Saħaq li d-deċiżjoni tiegħu li David Casa jkun il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew ġiet ikkomunikata mal-ewroparlamentari Nazzjonalisti l-Ġimgħa filgħaxija.
Simon Busuttil żied jgħid li David Casa għandu l-esperjenza neċessarja biex imexxi d-delegazzjoni fil-Parlament Ewropew fl-aħjar interess ta’ pajjiżna.
//= $special ?>