Ghawdex jinsab fl-aħħar jiem ta’ stennija għas-7 edizzjoni tal-kunċert ‘Leone Goes Pop’ li se jqajjem il-qalba tal-kapitali Għawdxija fi Pjazza Indipendenza fil-btala nazzjonali nhar is-Sibt li gej, is-7 ta’ Ġunju. Dan hekk kif il-Banda Leon se tkun qed tirritorna b’serata ta’ mużika ‘pop’, ‘swing’ u ‘rock’ li tvarja mill-aktar suċċessi reċenti sal-klassiċi immortali.
Is-7 edizzjoni ta’ Leone Goes Pop se tkun qed issegwi edizzjoni oħra suċċess, li s-sena li għaddiet saret fi Pjazza Teatru Rjal fil-Belt Valletta meta l-Banda Leone kienet qed tiċċelebra l-150 sena mit-twaqqif tagħha bħala l-ewwel banda Għawdxija.
Il-programm ta’ din is-sena jinkludi wkoll taħlita ta’ biċċiet strumentali, b’interpretazzjonijiet minn diversi kantanti popolari Maltin. Il-pubbliku li jattendi se jkun ospitat mid-duo televiżiv Daniel u Sander, flimkien mas-Surmast Colin Attard u l-Banda Leone.
Il-pubbliku li se jattendi se jkun jista’ jsegwi kunċert b’mużika mir-repertorju tal-Beatles, Mudungo, Santana u Queen fost l-oħrajn. Id-dħul għal dan il-kunċert se jkun b’xejn.
//= $special ?>