Numru ta’ bdiewa li ilmentaw ma’ MaltaRightNow.com qed isostnu li l-Pitkalija bħalissa tinsab mingħajr kaxxi għall-prodotti. U dan qed ifisser li l-bdiewa qed ikollhom joqgħodu ġejjin u serjin biex iwasslu l-prodotti tagħhom il-Pitkalija.
Dan l-inkonvjent għall-bdiewa qed ikun ikkawżat mill-fatt li l-Pitkalija mhux qed tipproduċi kaxxi ġodda, u dawk li hemm bħalissa huma kollha fi stat ħażin ħafna.
Il-bdiewa li tkellmu ma’ MaltaRightNow qalu li mhux biss bħalissa hemm ftit kaxxi, iżda l-ftit li hemm huma kollha mkissrin u mifqugħin.
//= $special ?>