Il-Partit Nazzjonalista għandu jżomm it-triq tal-valuri u l-prinċipji. Nemmen li huwa b’hekk li nistgħu nirbħu qalb in-nies.
Hekk sostna il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, waqt intervista li saritlu s-Sibt filgħodu waqt il-programm Newsbook fuq l-istazzjon tar-radju RTK.
Mistoqsi dwar ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Simon Busuttil qal li r-riżultat kien wieħed diżappuntanti u li wasslu biex jikkonsidra r-riżenja. Imma fl-ahhar mill-aħħar, hu qal li l-eħfef ħaġa tkun li jitlaq, iżda dmiru hu li jkompli jaħdem.
Simon Busuttil tkellem ukoll dwar id-distakk kbir li għad hemm bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista u qal li sfortunatament, il-Partit Nazzjonalista bħalisssa m’għandux kredibilta’ biżżejjed. Hu qal li l-partit se jkun qed janaliżża u jaħdem fuq dan ir-riżultat, filwaqt li talab lin-nies biex jagħtuh iċ-ċans biex jirbaħ ir-rispett tagħhom.
L-oppożizzjoni Nazzjonalista, spjega Simon Busuttil, se tkun waħda bilanċjata, li tagħmel kritika f’waqtha u kostruttiva. Tant hu hekk, li din l-oppożizzjoni kienet l-ewwel waħda fl-istorja ta’ Malta li ħarġet b’ideat għal liġijiet.
(Ritratt: Arkivji)
//= $special ?>