Kultura Lokali

Jitħabbru dettalji dwar ‘Rock Astra’ ta’ din is-sena

Il-Belt Victoria qed tipprepara għat-tieni edizzjoni ta’ Rock Astra hekk kif is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella ħabbret dettalji dwar it-tieni edizzjoni ta’ dan l-ispettaklu mużikali li se jsir nhar il-Ġimgħa li gej fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex.

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attenda l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, is-Sindku Samuel Azzopardi u rappreżentanti tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella.

F’dan il-kunċert, il-banda La Stella se tkun akkumpanjata minn sezzjoni ritmika kif ukoll diversi artisti lokali. Matul il-kunċert se jkunu esegwiti siltiet mużikali mir-repertorju ta’ artisti famużi bħal ma huma John Lennon, Freddy Mercury u Zucchero.

Ir-Rock Astra se jkun qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex, l-Awtorita’ tat-Turiżmu, diversi kumpaniji u ministeri. Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn.