Hekk kif qed isiru diversi twissijiet dwar il-problema tal-immigrazzjonijiet illegali fil-Mediterran, matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fi Sqallija tniżżlu 2,800 immigrant wara li kienu interċettati mill-forzi tas-sigurtà Taljani.
Kien hemm lanċa li kienet interċettata barra l-kosta ta’ Lampedusa b’200 immigrant abbord. Minn dawn, uffiċjali qalu li kien hemm 29 mara li fosthom tlieta kienu tqal u kien hemm ukoll 12-il tifel u tifla.
L-immigranti twasslu abbord bastimenti tal-gwerra fil-portijiet Taljani ta’ Pozzallo u Porto Empedocle.
Il-Frontex fi tmiem il-ġimgħa ħabbret li kien hemm żieda drammatika fl-ammont ta’ immigranti li kienu qed jippruvaw jidħlu fl-Ewropa mill-Italja.
Nhar l-Erbgħa l-Gvern Taljan ħabbar li n-numru ta’ immigranti u refuġjati li kienu waslu sal-Italja kien qabeż id-39,000 persuna din is-sena.
Gil Arias Fernandez, id-deputat direttur tal-Frontex, wissa li jekk l-affarijiet ikomplu hekk, aktarx in-nurmu ta’ immigranti li jippruvaw jidħlu fl-Ewropa illegalment se jiżdiedu.
//= $special ?>

