Għawdex Lokali

Mara tinstab mejta f’lukanda f’Għawdex

Mara nstabet mejta fil-kamra tagħha f’lukanda f’Marsalforn dalgħodu. Għadu mhux magħruf jekk il-kawża tal-mewt tal-mara hijiex waħda naturali. Il-pulizija waslu fuq il-post għall-habta tad-disgħa ta’ filgħodu fejn ġiet msejjħa ukoll ambulanza.

Il-mara issa ser tittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ karozza tal-mejtin. Il-pulizija qed tinvestiga il-każ.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna.