Lokali Saħħa

Minn Tas-Sliema sa’ Manoel Island għall-Multiple Sclerosis

Numru sabiħ ta’ nies ingħaqdu flimkien f’mixja bil-għan li jinġabru fondi u titqajjem kuxjenza dwar il-kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis. Qabel ma ngħata bidu għall-mixja minn tas-Sliema lejn Manoel Island il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca irringrazjat lill-għaqda Maltija li qed toħloq għarfien lejn min mhux konxju li qed ibati minn din il-kundizzjoni u li f’pajjiżna tolqot mat-300 persuna.

Hija marda li preżentament m’hawnx kura għaliha, fejn il-ġisem jattakka lilu nnifsu. Fost is-sintomi wieħed isib diffikultajiet fil-mixi, muskoli dgħajfin, problemi fil-vista u biex wieħed jitkellem.

Il-flus li se jinġabru se jintużaw għal sussidju ta’ viżti ta’ professjonisti, fosthom fiżjoterapisti, speech therapists u occupational therapists.