Simon Busuttil għandu jingħata l-fiduċja kollha.
Dan sostnietu d-Deputata Laburista Marlene Farrugia waqt il-programm Xarabank il-Ġimgħa filgħaxija meta mistoqsija jekk wara r-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Simon Busuttil għandux jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Marlene Farrugia, li kienet waħda mill-mistiedna li kienu qed jiddiskutu r-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, rreferiet għal meta Simon Busuttil ħalla l-kariga tiegħu ta’ Membru Parlamentari Ewropew u dan minkejja d-diffikultajiet kollha li kien jaf li se jsib quddiemu fil-Partit Nazzjonalista.
Marlene Farrugia sostniet li Simon Busuttil għandu bżonn iħott il-partit mill-qiegħ, u jibnih mill-ġdid. Simon Busuttil għandu jkollu s-sapport kompatt ta’ sħabu, temmet tgħid Marlene Farrugia.
//= $special ?>
