Hekk kif beda s-sajf, jibdew ukoll l-attivitajiet marbuta ma dan l-istagun vibranti.
Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd filgħaxija fi Ġnien Argotti fil-Furjana, l-kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura ippreżenta edizzjoni oħra tal-GħanaFest, attivita’ li laqgġet talent lokali kif ukoll dak mis-Spanja, il-Kroazja u l-Israel.
It-tema ewlenija għal din l-attivita’ kien is-stil gypsy u l-parteċipanti lokali inkludew Mistura, Frank O’Neil, Kantilena bl-emfasi ewlenija tkun fuq il-lingwa Maltija u l-folk kontemporanju. Ma naqsitx il-parteċipazzjoni ta’ bands minn barra li taw tomgħa tal-kultura tagħhom hekk kif ġew speċifikament għal din l-attivita’.
Din is-sena iritornat ukoll il-qarċilla, parodija li tkantat matul il-karnival ta’ din is-sena li fil-passat kienet titkanta fit-tiġijiet.
Attivita’ għall-gost tal-familja kollha hekk kif it-tfal ukoll ingħataw x’jagħmlu f’workshops fuq it-tberfil, il-kitba artistika li kienet tinkiteb fuq il-karozzi tal-linji antiki.
L-ikel ukoll ingħata xejra lokali hekk kif ma naqasx l-imqaret, il-pastizzi u l-birra Maltija.
//= $special ?>

