Lokali

Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt wara splużjoni fil-karozza tiegħu

Darren Degabriele ta’ 35 sena li joqgħod Marsaxlokk jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-karozza tiegħu splodiet u nqerdet totalment waqt li hu kien qed isuq fi Triq iz-Zejtun f’Marsaxlokk, x’aktarx kawza ta’ bomba li twaħħlet mal-vettura tiegħu.

Ir-raġel qed isofri minn ħruq estensiv ta’ madwar 80% ta’ ġismu kollu kif ukoll xi ksur.

Fl-istess karozza ma’ Degabriele kien hemm ukoll it-tfajla tiegħu, Stephanie Tonna ta’ 28 sena minn Birkirkara. Hi ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post minħabba l-ammont ta’ duħħan li belgħet.

561677_10151046680287852_1155718386_n

L-incident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar meta l-vettura tar-ragel splodiet u ħadet in-nar fi Triq iz-Zejtun, triq principali li tagħti lejn Marsaxlokk.

Din l-ispluzjoni kkawzat ukoll inċident iehor b’vann li jarma fuq il-monti, u li kien għadu kif żarma wara ġurnata xogħol, jibqa’ dieħel f’arblu tad-dawl. Karozza oħra tat-tip Renault megane ġarrbet ħsarat estensivi.

Immedjatament fuq il-post waslu membri tal-protezzjoni ċivili li tfew in-nirien kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei.

Waslu wkoll l-uffiċjali tal-pulizija li fetħu l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ u għal xi ħin għalqu wkoll din it-triq prinċipali.

10402632_823722014306416_3988577743294185448_n

taqbad karozza