Internazzjonali

Il-Costa Concordia aktarx se jinħatt f’Genova

Jidher li ttieħdet deċiżjoni biex il-vapur tal-passiġġieri, il-Costa Concordia, jinġarr lejn Genova fejn se jinħatt.

Jidher ukoll li uffiċjali Taljani ddeċidew li l-vapur, li għadu barra l-gżira ta’ Giglio wara li kien inkalja hemm f’Jannar ta’ sentejn ilu, jibda jinġarr fl-20 ta’ Lulju.

Għall-ewwel kien hemm il-possibbiltà li l-vapur jinġarr lejn it-Turkija biex jinħatt imma kien qed isir sforz biex din il-biċċa xogħol issir fl-Italja.

Wara laqgħa tas-sidien tal-vapur kien deċiż li l-vapur jinħatt fl-Italja. Il-ġarr tal-vapur se jkun f’idejn Titan Micoperi, il-kumpanija li ħadet ħsieb li ttella’ l-vapur mill-qiegħ.