Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Socjali, is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Socjali tal-Kurja se jorganizza attivta li fiha se jitkellem il-Professur Douglas Kmiec li hu eks-ambaxxatur tal-Istati Uniti għal Malta u li fil-preżent hu wkoll kandidat għall-elezzjonijiet tal-Kungress Amerikan li se jsiru din is-sena.
X’jiġri mid-demokrazija jekk is-sekularizzazzjoni ssir sekularizmu fl-isfond tar-relazzjoni bejn Knisja u Stat se jkun trattat mill-Professur Douglas Kmiec waqt attivita organizzata mis-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Socjali fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.
Il-Professur Kmiec hu eks-ambaxxatur tal-Istati Uniti għal Malta u fil-preżent huwa wkoll kandidat għall-elezzjonijiet tal-Kungress Amerikan li se jsiru din is-sena. Id-diskussjoni se ssir nhar it-Tnejn 16 ta’ Ġunju, f’nofsinhar fil-Lukanda Excelsior.
Skont il-Professur Kmiec, din it-tema hija attwali mhux biss għall-Knisja u l-libertà reliġjuza, iżda wkoll għas-soċjetà ġenerali. Is-sekularizzazzjoni hi proċess naturali li s-soċjetà tagħna għaddejja minnu.
Is-sekularizzazzjoni tfisser li s-soċjetà tkun awtonoma u għalhekk it-tifsira li tagħti lir-realtajiet ta’ madwarha ma tkunx neċessarjament marbuta ma’ xi twemmin reliġjuz. Dan jimplika li l-Istat u l-Knisja jkunu t-tnejn ħielsa u awtonomi. Min-naħa l-oħra, is-sekularizmu jseħħ meta f’soċjetà tiħi maħnuqa kull referenza għat-tifsira reliġjuza direttament jew indirettament bid-deher jew bil-moħbi.
Is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Socjali tal-Kurja nieda wkoll spot li fih jistaqsi jekk il-mezzi tat-teknologija humiex iservu ta’ pont jew aljenazzjoni fil-komunikazzjoni socjali. Il-kuntest tal-filmat huwa familja fil-ħajja ta’ kuljum, f’soċjetà teknoloġika.
//= $special ?>

