Sport Sport Ieħor

Jibda l-Kampjonat Nazzjonali tal-Powerboats

F’San Pawl il-Baħar ingħata bidu għall-Kampjonat Patron Lukoil tal-Powerboats lokali bl-ewwel round minn serje ta’ tlielaq organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Powerboats u l-Assoċjazzjoni Maltija tax-Chaudron Powerboats.

Għalkemm ir-riħ tellef xi ftit lill-parteċipanti, dawk li attendew żgur li ħadu gost bl-ispettaklu offrut.
17-il tim ħadu sehem fl-ewwel round f’erba’ klassijiet differenti fuq korsa ta’ 4 mili u ċirkwit ta’ ħames dawriet dajagonali mal-kosta.
Ir-rebbieħa fl-ewwel tiġrija kienu dawn.

Supersport 200
Cutting Edge – Stefan Bezzina u Dunstin Mifsud
Crown Fire – Clyde Cutajar u Clint Deguara
Miss Kelly’s – Michael Abela u Casey Lebrun

Supersport 25
Ta’ Psaila – David Borg u Adam Vella
Xkubett – Antonio Fenech u Ramon Galea
Yes Money – James Fenech u Ryan Cachia

Super sport 250
Cittuintg Edge 1 – Christian Vella u Stefan Bezzina
Wet and Wild – Sammy Grima u Herman Abela
Temptation – Nichol Farrugia u John Bonavia

F1 Class – Supersport Pro-S25
Dragon Force – Jesmond Aquilina u Simon Saliba
Nichshal – Owen Borg u Thomas Tanti
Patron – John Paul Buttigieg u Paul Attard

Il-kampjonat kompla llum b’aktar tlielaq fl-istess Bajja ta’ San Pawl bl-ewwel attivita` bdiet fil-11 a.m fejn ir-riħ mistenni jkun aktar favorevoli.