Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista jsostni li l-Gvern qed jikkunsidra l-vot ta’ dawk li vvutaw lill-partiti estremi bħal ta’ Norman Lowell fl-aħħar elezzjoni għall-parlament Ewropew u li għalhekk se jibqa’ sod quddiem l-UE dwar l-immigrazzjoni rregolari iżda se juri solidarjeta mal-immigranti rregolari.
Meta kien qed jitkellem f’Għawdex, il-Prim Ministru ppropona li l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jibdew isiru ma’ dawk tal-parlament Ewropew. Hu qal li l-Gvern se jdaħħal riformi fit-tassazzjoni dwar il-propjeta, se jitnieda programm biex jinġiebu flus investiti f’Malta u se jissaħħaħ il-qasam tas-saħħa. Hu qal li l-Gvern mhux se jgħolli l-eta tal-pensjoni.
//= $special ?>

