Lokali

Kamra tal-ikel f’San Vincenz de Paul bdiet tinbidel f’sala

Fir-residenza San Vincenz de Paul beda x-xogħol biex kamra tal-ikel fis-Serenity Hall tingħalaq u tinbidel f’sala oħra li tilqa’ s-sodod għall-anzjani.

B’hekk ikkonfermata aħbar li kien żvela dan l-istazzjon f’Mejju, jigifieri li sala li kienet isservi bħala rikreazzjoni għall-anzjani, għaliex fiha l-anzjani kienu jiltaqgħu biex jitkellmu ftit bejniethom, jaraw it-televixin, jisimgħu ir-radju u jieklu flimkien kienet se tingħalaq.

Meta l-anzjani kienu staqsew lill-amministrazzjoni tal-isptar fejn kienu se jieklu u jiltaqgħu ftit, it-tweġiba li ngħatatilhom kienet: “issa kulhadd jiekol fil-kuritur jew maġenb is-sodda tiegħu.”

S’issa għad m’hemm l-ebda pjan biex tinbidel xi żona oħra tas-Serenity ward bħala post ta’ rikrejazzjoni fejn l-anzjani jistgu jqattgħu l-ħin tagħhom.