Lokali

Open House mill-Hospice Malta f’għeluq il-25 sena

Hospice Malta din is-sena qed tiċċelebra għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha, u għalhekk illum qed tiġi organizzata Open House f’Ħal Balzan.

L-attivita’ bdiet b’quddiesa fl-10 ta’ filgħodu wara imbagħad kien hemm numru ta’ attivitajiet li ġew organizzati matul il-ġurnata.

Għall-quddiesa kien hemm preżenti l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u r-raġel tagħha.

Matul il-ġurnata se jsiru ukoll diskussjonijiet interessanti mill-istaff tal-Hospice fuq Healthy Eating, mind relaxation techniques u oħrajn.

Hemm ukoll bosta attivitajiet għat-tfal. Fosthom bouncing castle, face painting u oħrajn.

Ħadna l-kummenti ta’ Anabel Spiteri, il-fundraising co-coordinator tal-Hospice Malta, li semmiet l-attivitajiet li kien hemm matul il-ġurnata u l-għan li jinħoloq aktar għarfien dwar il-ħidma tal-Hospice Malta.

Hi faħħret il-ħidma sfieqa tal-200 voluntier u s-servizzi li toffri l-Hospice Malta.

Matul il-jum se jkun hemm wirja tal-klieb mill-Pulizija u anke s-sehem tal-banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan li akkumpanjat permezz ta’ daqq ta’ Marċi.