Il-kwotat Prieure u Pronostic De Neige rebħu l-aktar żewġ tiġrijiet mistennija li saru l-bieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu heats mill-Prix De Vincennes għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m u kienu jagħmlu parti mis-26 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet tat-trott b’disgħa minnhom ikunu wkoll heats jew semi finali minn erba’ kampjonati għal żwiemel Franċiżi fuq distanza qasira ta’ 2140m.
Miż-żewġ heats Premier tmien żwiemel għaddew għall-finali. Hekk kif ingħata l-bidu uffiċjali tal-ewwel heat, kien Pouloud Keroc’H (Chris Vassallo) l-aktar żiemel b’saħħtu u mar quddiem. Iżda dan ma damx ħafna milli jkun attakkat u maqbuż mill-favorit Prieure misjuq mis-solitu Charles Camilleri. Prieure kompla jmexxi lill-kumplament taż-żwiemel tul id-distanza u qasam il-linja finali l-ewwel wara li fl-aħħar metri reġa’ xejjen l-isfida tal-istess Pouloud Keroc’H. Perceval (Frencu Cassar) u Royal Pierre (Noel Baldacchino) għaddew ukoll għall-finali wara li temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. It-tielet rebħa konsekuttiva ta’ Prieure waslet f’medja tajba ta’ 1.14.5” fil-kilometru.
It-tieni heat Premier ukoll żviluppat f’waħda eċċitanti, speċjalment fl-aħħar metri tagħha. Hawnhekk, id-debuttant Quito d’Ecroville (Mario Borg) beda jnaqqas mill-ġiri madwar 400m mit-tmiem u nqabeż minn diversi żwiemel. Kien f’nofs id-dritta finali li Michael Axisa sab l-ispazju neċessarju biex jattakka minn naħa ta’ ġewwa u jpoġġi lil Pronostic De Neige quddiem. Dan ħa l-ewwel rebħa fi xtutna mingħajr tbatija u quddiem Oltedo De Rieux (Charles Camilleri) u Oran (Julian Farrugia). Quoky Jet (Emmanuel Garzia) kien l-aħħar żiemel li għadda għall-finali wara li daħal fir-raba’ pożizzjoni. Pronostic De Neige kellu medja ta’ 1.14.6” fil-kilometru.
Fl-ewwel minn żewġ semi finali tal-kampjonat Prix d’Enghien tal-klassi Gold, il-kwotat Quart De Cidre (Rodney Gatt) ħalla kollox għall-aħħar dawra. Dan ittrijonfa faċilment b’distakk ta’ madwar tliet tulijiet quddiem Oeillet De Phens (Charles Camilleri) u Quito Soyer (Noel Baldacchino). Ollico Pellois (Ludvic Ghigo) u Nagano Phedo (Mario Fenech) kellhom ukoll pjazzament pożittiv.
It-tieni semi finali Gold kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti bejn Quintet (Brian Zammit) u Quel Noir (Charles Degiorgio) fl-aħħar metri tagħha. Kien Quintet li qasam il-linja finali l-ewwel, iżda dan iż-żiemel aktar tard safa’ skwalifikat mill-ġurija biex ir-rebħa ngħatat lil Quel Noir li rreġistra l-ewwel suċċess tiegħu. Pile Ou Face (Joe Schembri), Quel Imprevu (Carmelo Micallef), Pissaro (Clint Vassallo) u Pepone Du Castelet (Rodney Gatt) daħlu warajhom f’dik l-ordni.
Waqt l-istess programm ta’ tiġrijiet saret preżentazzjoni lis-Sinjuri Julian Bezzina u Joseph Borg, sidien tal-Franċiż Prieure li l-Ħadd 4 ta’ Mejju sar l-aktar żiemel veloċi f’Malta. Dan meta f’idejn Charles Camilleri rreġistra medja ta’ 1’12”7 fuq distanza ta’ 1640m f’tiġrija tal-Klassi Premier. Is-sinjuri Bezzina u Borg ġew ippreżentati b’ritratt u tifkira kommemorattiva minn Mark Vella, Direttur fi ħdan il-club.
Ir-riżultati kollha.
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Ronin Del Brenta (S. Vella) Ħin – 3.26.3” (1.18.1”) 2. Hotchemin (W. Spiteri) 3. Claude Carnevale (F. Cassar) 4. Ballad Ribb (T. Demanuele)
II Tiġrija. Semi Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Roff Gy (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Quero Des Erablais (S. Galea) 3. Pancho Villa (And. Farrugia) 4. Titus Du Rib (D. Ellul) 5. Quipo Du Tronquay (R. Micallef)
III Tiġrija. Semi Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Pacha De Sassy (O. Cauchi) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Record Du Stade (C. Camilleri) 3. Notre Joyeux (J. Gafa’) 4. Lys De L’Oasis (J. Farrugia) 5. Novak (T. Demanuele)
IV Tiġrija. Semi Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Reve Du Solnan (C. Gerada) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Panda Des Fleches (C. Cassar) 3. Rio Du Gers (N. Baldacchino) 4. Ravageur De Payre (C. Caruana)
V Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Prieure (C. Camilleri) Ħin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Pouloud Keroc’H (Ch. Vassallo) 3. Perceval (F. Cassar) 4. Royal Pierre (N. Baldacchino)
VI Tiġrija. Semi Finali. Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Quart De Cidre (R. Gatt) Ħin – 2.39.2” (1.14.4”) 2. Oeillet De Phens (C. Camilleri) 3. Quito Soyer (N. Baldacchino) 4. Ollico Pellois (L. Ghigo) 5. Nagano Phedo (M. Fenech)
VII Tiġrija. Semi Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quid Pierre (C. Calleja) Ħin – 2.42.1” (1.15.8”) 2. Quoly (N. Baldacchino) 3. Quazoumax (A. Farrugia) 4. Quim Itou (C. Vassallo)
VIII Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Pronostic De Neige (M. Axisa) Ħin – 2.39.6” (1.14.6”) 2. Oltedo De Rieux (C. Camilleri) 3. Oran (J. Farrugia) 4. Quoky Jet (E. Garzia)
IX Tiġrija. Semi Finali. Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Quel Noir (C. Degiorgio) Ħin – 2.39.9” (1.14.8”) 2. Pile Ou Face (J. Schembri) 3. Quel Imprevu (C. Micallef) 4. Pissaro (C. Vassallo) 5. Pepone Du Castelet (R. Gatt)
X Tiġrija Semi Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Roi Du Solat (J. Farrugia) Ħin – 2.44” (1.16.7”) 2. Recif Du Layo (I. Bilocca) 3. Rocky De Jervi (J. Said) 4. Quipson (R. Gatt)
//= $special ?>