Lokali

San Antonio fil-finali NBA

San Antonio Spurs irritornaw lura fil-finali NBA wara li għelbu lil Oklahoma City Thunder 112-107 wara l-ħin barrani.

Tim Duncan kellu total ta’ 19-il punt u 15-il rebound għal Spurs li issa fil-fażi finali jilagħbu kontra Miami Heat f’ripetizzjoni tal-konfront tas-sena l-oħra, meta Miami kienu ħarġu rebbieħa fuq l-aqwa minn seba’ logħbiet.

Minkejja li kienu mingħajr Tony Parker li tilef it-tieni taqsima, Spurs xorta rnexxielhom jirbħu grazzi għal 26 punt miksuba minn Boris Diaw.
L-aħjar ta’ Oklahoma kienu Russell Westbrook li b’kollox kiseb total ta’ 34 punt kif ukoll kellu tmien assists. Kevin Durant kellu total ta’ 31 punt u 14-il rebound. Oklahoma City Thunder kienu 12-il punt minn taħt fi tmiem it-tielet sessjoni iżda fl-aħħar għaxar minuti wettqu rimonta mill-aqwa biex sfurzaw il-ħin barrani.

L-ewwel logħba bejn San Antonio Spurs u Miami Heat tintlagħab il-Ħamis li ġej.