Il-goalkeeper ta’ Sliema Wanderers FC Glenn Zammit ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb Slimiż b’ħames snin oħra.
Zammit l-istaġun li għadda kellu wirjiet mill-aqwa mal-Blues li wassluh biex anke ssejjaħ fl-iskwadra nazzjonali u kien jattendi għat-taħriġ taħt Pietro Ghedin.
Ma’ Sliema, Zammit se jkun qed jissielet għal postu ma’ Henry Bonello.
Intant wara li lbieraħ sar magħruf li Darren Abdilla nħatar bħala l-assistent kowċ ta’ Gilbert Agius fit-tmexxija ta’ Valletta FC, il-klabb Belti ħatar lil Marco Caser, bħala kowċ tal-fiżika. Caser għandu esperjenza vasta f’dan is-settur fejn kien jaħdem ma’ Novara Calcio.
Valletta ħatru wkoll lil Simon Cilia bħala fiżjoterapista waqt li Ruben Debono ġie kkonfermat bħala kowċ tal-gowlkipers.
//= $special ?>