Internazzjonali

Ir-Re Juan Carlos se jabdika mit-Tron

Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy ħabbar li r-Re Juan Carlos se jabdika mit-Tron wara 39 sena. Hu ilu Kap tal-Monarkija Spanjola mill-1975, meta spiċċa l-faxxiżmu fi Spanja u kien ħa f’idejh it-tmexxija wara l-mewt tad-dittatur Franco.

L-ahbar ingħatat dalgħodu mill-Prim Ministru Spanjol, li żied li bħala Re kien se jinħatar ibnu l-Prinċep Felipe, li għandu 45 sena. Filwaqt li għal ħafna snin ir-Re ta’ Spanja kien popolari ħafna madwar id-dinja, f’dawn l-aħħar snin spiċċa fil-mira ta’ ħafna kritika minħabba l-involviment tiegħu f’diversi skandli, apparti li saħħtu bdiet tmur lura.

Juan Carlos għandu 76 sena.